Erbgħa u ħamsin Fifty four
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal ERBGĦA U ĦAMSIN għandu żewġ partijiet. L-ewwel isir is-sinjal għal ĦAMSA b’id waħda quddiem l-ispalla tal-istess naħa bil-pala tħares ’il ġewwa. Il-ħamest iswaba’ jieqfu bil-ponta tas-swaba’ jħarsu ’il fuq. Imbagħad isir is-sinjal għal ERBGĦA b’id waħda li tieqaf quddiem l-ispalla tal-istess naħa bil-pala tħares ’il ġewwa . Is-saba’ l-kbir jintlewa lejn il-pala waqt l-erba’ swaba’ l-oħra jieqfu bil-ponta tas-swaba’ jħarsu ’il fuq.
The sign for FIFTY FOUR has two parts. First, the sign for FIVE is made with one hand upright in front of the shoulder of the same side with the palm facing inwards. The five fingers point upwards. Then, the sign for FOUR is made with one hand upright in front of the shoulder of the same side with the palm facing inwards. The thumb is folded inwards towards the palm whilst the other four fingers point upwards.